Lokali Parlament

Jeħtieġ azzjoni ambjentali biex ikunu salvagwardjati widien naturali

Ian Vassallo Hagi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ian Vassallo Hagi appella fil-parlament biex jittieħdu azzjonijiet ambjentali urġenti biex diversi widien u żoni naturlai jkunu slavagwardjati u ma jintilfux.

Fl-Aġġornament tal-parlament Ian Vassallo Hagi qal li f’Ħaż-Żebbuġ hemm widien u art ODZ li fihom se jsir żvilupp ta’ bini u sostna li l-kunsilli lokali għandhom rwol biex il-karattru tal-lokalitajiet jinżammu. Hu semma’ Wied tal-Għeriexem u qal li dan hu wied importanti li fejn hemm irziezet, annimali u siġar. Dan il-wied iservi ta pulmun għaż-żona, sostna Ian Vassallo Hagi, li kompla li l-poplu ma jridx li jsir żvilupp ieħor f’dan il-wied. Issa qed jintrema’ wkoll il-materjal f’dan il-wied u minkejja l-attenzjoni li ngħatat, il-wied għadu mimli bil-materjal.

Id-deputat Nazzjonalista appella biex tittieħed azzjoni fuq Wied il-Qlejgħa minħabba l-ħsarat li saru iżda x-xogħlijiet għadhom ma bdewx minkejja li għaddew ix-xhur. Ian Vassallo Hagi qal li jeħtieġ iktar informazzjoni dwar il-bini taċ-Ċentru Terapetwiku ġdid fl-Imtarfa fejn lanqas hemm pjan biex skola oħra. Il-gverrn se jibni Ċentru Terapawtiku ġdid enormi fl-Imtarfa li minnu l-lokal mhu se jieħu xejn, sostan d-deputat Nazzjonalista.