Lokali

Jitlef il-kontroll, jaħbat ma’ ħajt u jinqaleb bil-karozza b’kollox fis-Swieqi

Illum, għall-ħabta tat-8:15am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Madliena, is-Swieqi fejn għal xi raġuni raġel ta’ 25 sena residenti s-Swieqi, li kien qed isuq Toyota Dyna, kellu mpatt ma’ ħajt u nqaleb. Fil-vettura kien hemm ukoll raġel ta’ 36 sena residenti Ħal Għargħur.

Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. Aktar tard ir-raġel ta’ 25 sena ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura ħafifa filwaqt li r-raġel l-ieħor sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.