Sport Waterpolo

Sliema kellhom jitħabtu għar-rebħa… rebħiet faċli għal Neptunes u Marsaskala

SLIEMA FRANK SALT……….. 13

BIRŻEBBUĠA FREEPORT…. 11

(3-2), (5-2), (3-4), (2-3)

Sliema Frank Salt finalment ħadu li riedu iżda minn din il-logħba jsalvaw biss it-tliet punti. Prestazzjoni mhux skont il-livell tagħhom iżda mertu jmur għal Birżebbuġa li tawhom battikata tajba. Huma pattew qares għal mumenti negattivi fit-tieni sessjoni.

Birżebbuġa kellhom vantaġġ ta’ 2-1 fl-ewwel sessjoni sakemm Andrija Prlainovic u Jayden Cutajar reġgħu taw il-vantaġġ lil Sliema. Kollox deher li ġej faċli għas-Slimiżi fit-tieni sessjoni hekk kif kabbru l-vantaġġ għal 7-2. Birżebbuġa naqqsu d-distakk għal tliet gowls iżda John Brownrigg għamilhom 8-4.

Madankollu fit-tielet sessjoni, Birżebbuġa daħlu fil-logħba u poġġew lil Sliema f’diffikultà. Balasz Erdelyi u Jacob Sciberras naqqsu d-distakk għal 8-6 iżda ma rnexxielhomx jersqu gowl bogħod, b’Sliema wieġbu mill-ewwel f’żewġ okkażjonijiet u Benji Cachia kabbar il-vantaġġ għal 11-8.

Birżebbuġa baqgħu jippruvaw u b’gowls ta’ Erdelyi u Sciberras ġew żewġ gowls wara Sliema bi tliet minuti għat-tmiem, iżda ma rnexxielhomx jevitaw it-telfa.

Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta, L. Galea (2), J. Gambin, Z. Mizzi (2), B. Cachia (1), J. Cutajar (2), M. Mifsud, J. Brownrigg (1), D. Kholod (2), A. Prlainovic (3), D. Zammit, A. Bugeja, E. Schembri

Birżebbuġa: M. Sladden, P. Borg (1), N. Cassar, B. Grech, D. Brguljan (1), M. Manara, R. Spiteri, D. Cutajar, B. Erdelyi (4), K. Tanti (1), G. Mannino (1), M. Curmi, C.D. Borg, J. Sciberras (3), D. Farrugia

Referees: Peter Balzan, Riccardo D’Antoni

TA’ XBIEX AMIGOS…………… 8

NEPTUNES VIDEOSLOTS… 21

(1-5), (2-6), (3-6), (2-4)

Rebħa oħra mingħajr diffikultà għal Neptunes Videoslots biex baqgħu b’punti massimi fi Grupp B. Neptunes kif mistenni kkontrollaw il-logħba anki jekk mingħajr Aleksandar Ivovic, bil-plejers regolari jkollhom ukoll il-ħin tal-mistrieħ tagħhom.

Neptunes ħadu vantaġġ ta’ ħames gowls fl-ewwel sessjoni sakemm Uros Vasic naqqas id-distakk. Stevie Camilleri skorja doppjetta oħra fit-tieni sessjoni b’Neptunes ikabbru l-vantaġġ gradwalment mingħajr logħob spettakolari.

Il-punti qatt ma kienu f’periklu liema naħa se jmorru, bil-kowċ ta’ Neptunes Dorian Pisani seta’ jagħti spazju lil dawk il-plejers li jkunu utilizzati anqas. Ta’ Xbiex ukoll pruvaw jgħidu tagħhom fit-tielet sessjoni anki jekk tilfu lil Kristijan Milakovic bit-tielet esklużjoni personali fil-logħba.

Fl-aħħar sessjoni, Neptunes baqgħu jikkontrollaw u ssiġillaw ir-rebħa b’gowls konsekuttivi ta’ Jordan Camilleri, Mark Castillo u Jake Muscat.

Ta’ Xbiex: M. Vassallo, N. Schiavone, L. Montebello Brownrigg (1), K. Grech (1), R. Mock, J. Saliba, K. Milakovic, U. Vasic (3), J. Culic, Z. Bartolo, J. Farrugia, G. Galea Curmi, M. Ortoleva (2), K. Agius (1)

Neptunes: A. Borg Cole, J. Muscat (4), S. Gialanze (2), G. Pace (2), M. Castillo (2), J. Bajada, S. Camilleri (6), J. Camilleri (2), F. Filipovic (3), A. Fenech, E. Mallia, M. Rossi, D. Bugeja

Referees: Massimo Angileri, Matteo Giacchini

MARSASKALA ESC………. 29

BARRACUDAS……………….. 3

(8-1), (6-0), (8-2), (7-0)

Marsaskala ESC finalment kisbu l-ewwel rebħa fi Grupp A. Konfront li ma kienx hemm storja fih, bl-Iskalin jiżvugaw ir-rabja tagħhom wara bidu negattiv. Huma baqgħu jfittxu l-gowls hekk kif id-differenza tal-gowls jista’ jkun fattur determinanti.

Tliet gowls fl-ewwel żewġ minuti u nofs tal-logħba taw vantaġġ komdu mill-ewwel lil Marsaskala. Radovan Latinovic naqqas id-distakk sakemm Marsaskala skorjaw ħames gowls konsekuttivi. Il-vantaġġ kompla jikber fit-tieni sessjoni b’sitt gowls konsekuttivi li għamlu d-distakk kbir wisq biex iħallu l-interess fil-logħba.

It-tielet sessjoni kienet ikkaratterizzata minn tripletti ta’ Mark Carani u Bence Batori, bl-Ungeriż jerġa’ jsib ix-xibka erba’ darbiet oħra fl-aħħar sessjoni u rnexxielu jispiċċa l-aqwa skorer tal-logħba.

Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar, G. Galea, P. Privitera, R. Greco, F. Salamon (5), K. Navarro (1), D. Tully, D. Pace Lupi (2), G. Sammut (1), J. Ciantar, M. Carani (9), A. Muscat, B. Batori (11), F. Scardino

Barracudas: I. Schembri, S. Debono Grech, A. Magri, P. Micallef, D. Ciantar (1), R. Sciortino, I. Gusarov (1), R. Latinovic (1), C. Bugeja, S. Apap, A. Mifsud, T.J. Mifsud, M. Borg, T. Perici Ferrante, W. Ruggier

Referees: Ronnie Spiteri, Riccardo D’Antoni