Bernice Bonello, PN
Id-deputat Nazzjonalista Bernice Bonello qalet fil-parlament li l-MCAST għandu jingħata l-aħjar għodda fl-interess tal-istudenti
Bernice Bonello semmiet l-investiment li wettaq gvern Nazzjonalista fl-MCAST u qalet li fl-inzijattivi kollha għandhom ikunu ikkunsidrati l-interessi tal-istudenti bħala prijorità. Hi sostniet li edukazzjoni m’għandhiex tkun ibbażata biss fuq l-eżamijiet u kkritikat lill-gvern li jrid ikollu iktar kontroll fuq is-sistema edukattiva.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-istudenti jridu tmexxija professjonali u l-aħjar amministrazzjoni tal-MCAST biex ikunu informati bl-aħjar mod possibbli. Hi appellat biex l-MCAST jingħata l-aħjar għodda biex jimxi ‘l quddiem fl-interess tal-istudenti.
//= $special ?>