Lokali Qorti

Mixli li kkaġuna ġrieħi gravi u permanenti fuq persuna

Raġel li min Niger, li ħames snin ilu flmkien ma’ persuna oħra kien ġie mixli b’rabta ma’ każ ta’ stupru ta’ tifla ta’ 14-il sena, reġa’ spiċċa jiffaċċa l-ġustizzja meta quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ġie mixli li b’mod volontarju kkaġuna ġrieħi gravi fuq persuna oħra, liema ġrieħi huma kklassifikati bħala permanenti. Huwa qal li f’Malta jgħix l-Isla.
Ismael Alirou ta’ 33 sena ġie mixli li nhar il-Ħadd li għadda sawwat lill-vittma tiegħu fejn kkawżalu debulizza f’wiċċu, għonqu u jdejh. Għall-ewwel Alirou qal lill-Qorti li kien se jammetti l-akkużi miġjubin kontrih, imma qal li xtaq li f’seduta oħra jgħid li għaliex għamel dak li għamel, u li dan kien każ ta’ “self-defence”.
Mistoqsi x’jagħmel, hu wieġeb li ma jaħdimx, għalkemm il-professjoni tiegħu hi dik ta’ player tal-football. Il-Qorti qaltlu li jekk kien se jammetti kienet se tagħti s-sentenza, u li jekk jidhirlu li mhux ħati għax ipprova jiddeffendi lilu nniffsu, nkella li jekk ħass li huwa kien provokat, allura dan mhux każ ta’ ammissjoni.
Anke l-Avukat Leontin Calleja, li dehret għall-akkużat qalet li hi ma kinitx qed taqbel li l-imputat jammetti minn dak li qalilha. Wara ħafna ħin Alirou qal li ma kienx se jammetti għax għandu xi jgħid lill-Qorti dwar il-każ. Hu ġie mixli wkoll li fl-istess ċirkostanzi kkawża danni lill-vittma tiegħu f’attakk vjolenti li allegatament saru b’inġurji, nsulti u li ħareġ barra mill-limiti tal-provokazzjoni.
Ġie mixli wkoll li kiser il-paċi pubblika, li naqas milli jirreġistra E-Kickscooter mingħajr ma kien kopert b’polza tas-sigurtà. Alirou ġie mixli li kiser il-kundizzjonijiet tal-Qorti fuq żewġ każijiet meta kien ingħata l-pleġġ. Ma saret l-ebda talba għall-pleġġ u għalhekk baqa’ miżmum taħt arrest. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Ian Vella.