Sport

Pariġi 2024: It-Torċa Olimpika tibda l-vjaġġ tagħha fis-16 ta’ April 2024

(Ritratt: EPA)

F’Parigi ingħataw id-dettalji uffiċjali tat-traġitt u rotta li t-torċa Olimpika se twettaq bejn April u Lulju 2024.

Dettalji u l-programm ingħataw minn Tony Estanguet, Kap tal-Kumitat Organizattiv ta’ Parigi 2024.
It-torċa Olimpika titqabbad b’mod naturali bix-xemx waqt ir-ritwal fit-tempju ta’ Zeus f’Olimpja tal-Qedem fis-16 ta’ April 2024.

Minn hemm l-għada titlaq fuq vapur bil-qlugħ, Belem mill-port ta’ Pireus lejn Marseille. Minn Marseille lejn Brest b’rotta għal Brittany fejn jibda vjaġġ bil-baħar ta’ madwar sebat ijiem.

Mit-8 ta’ Mejju 2024 jingħata bidu għal rotta fuq medda ta’ 80 ġurnata. Ir-rotta tiġbor fiha il-Karibew Franciż li jinkludu Guadaloupe u Martinique, Mont Saint Michel u wisq aktar 400 belt u vilaġġ fi Franza.

Wara 80 ġurnata t-torċa tasal Pariġi għaċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tal-Logħob Olimpiku fis-26 ta’ Lulju 2024.