Wara li rrifjutaw l-offerta totali ta’ £90 miljun mingħand Arsenal għal Declan Rice, West Ham United irrifjutaw ukoll offerta li tilħaq l-istess ammont mingħand Man. City.
Illum il-Gunners mistennija jressqu t-tielet offerta għall-internazzjonali Ingliż bl-ammont li West Ham qed jitolbu huwa ta’ £100miljun. Wieħed irid jara issa jekk Man. City jkunux huma wkoll qed jagħmlu offerta aħjar għal Rice li l-futur tiegħu mistenni jkun magħruf fil-jiem li ġejjin.
Chelsea wkoll kienu interessati fil-midfielder ta’ 24 sena iżda jidher li ħarġu minn din it-taqtiegħa.
//= $special ?>