Ilkoll flimkien f’ħidma waħda, nistgħu nkunu l-gwardjani u l-attivisti ta’ pajjiżna. Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta l-Erbgħa indirizza sessjoni parlamentari ta’ Eko-Skola bis-sehem ta’ bosta studenti.
Bernard Grech qal li l-ambjent huwa ferm għal qalb il-Partit Nazzjonalista u huwa għalhekk li ħass il-ħtieġa li jressaq liġi fil-Parlament li se tpoġġi l-ambjent bħala dritt fundamentali tal-bniedem… fejn kulħadd ikollu l-possibbiltà biex flok jitkellem biss favur l-ambjent, ikollu wkoll l-għodda biex tittieħed azzjoni.
Il-Kap tal-PN qal li din is-sessjoni ta’ ekoskola hija okkażjoni speċjali fejn il-politiċi jkunu jistgħu jiltaqgħu ma’ studenti li jwasslu l-opinjonijet u s-suġġerimenti tagħhom.
Hu sostna li ħa pjaċir jisma’ d-diskori li saru fosthom dwar l-ambjent fid-dar. Dan hekk kif faċli wieħed jitkellem u jikkwota l-istatistika, imma l-esperjenzi tat-tfal fil-familji u d-djar tagħhom huwa dak li jkun qed jolqothom l-iktar mill-qrib.
Bernard Grech qal li jixtieq li l-istudenti jkomplu jemmnu fl-attiviżmu tagħhom u li verament jemmnu li jistgħu jagħmlu d-dfferenza f’pajjiżna.
Huwa enfasizza l-mportanti li l-politiċi jifhmu lit tfal li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet varji… fejn il-politiċi jridu jgħinuhom mhux bil-kliem biss imma permezz ta’ azzjoni immedjata.
Bernard Grech tkellem dwark l-importanza li l-istudenti jitgħallmu f’ambjent sabiħ, filwaqt li jkollhom iktar spazji miftuħa, li jkun hemm iktar pjanar fil-bini u l-ibħra ta’ pajjiżna jkunu nodfa.
//= $special ?>