Internazzjonali

Iċ-Ċina: Evakwati wara l-valangi tal-art f’Sichuan

L-awtoritajiet fil-provinċja ta’ Sichuan – lejn il-lbiċ taċ-Ċina — evakwaw il-mijiet tan-nies wara li sensiela ta’ valangi laqtu lill-komunitajiet ta’ Miansi u Weizhou, fil-provinċja ta’ Wenchuan. 

Dan meta skont l-aħħar rapporti mietu talanqas ħamsa b’riżultat dirett tal-valangi, bl-awtoritajiet lokali qed jinsistu bi tfittxija intensiva għal xi persuni rappurtati nieqsa.

Il-valangi tal-art seħħew wara inċidenza ġdida ta’ għargħar f’dik iz-zona speċifika, bl-awtoritajiet ma jeskludux għal aktar valangi b’riżultat tat-temp ‘estrem’ li qed jiddomina f’dak ir-reġjun

Il-mijiet tal-membri tal-iskwadri għall-emerġenzi rkupraw il-vittmi kollha mill-inħawi ta’ Miansi u ma eskludewx  li seta kien għad fadal ħafna aktar neqsin ( b’kaġun tal-valangi) milli qed jindikaw iċ-ċifri uffiċjali.