Il-Parlament illum ivvota b’mod unanimu fl-istadju tat-tielet qari biex f’Malta ma jiddaħħlax l-abort kif oriġinarjament riedu l-Gvern Laburista madwar seba’ xhur wara li kien ressaq l-ewwel abbozz tiegħu fil-parlament.
L-emendi dwar l-abort kienu parti mill-Kodiċi Kriminali fejn il-gvern kien se jippermetti li f’Malta jkun jista’ jsir abort jekk is-saħħa tal-mara tkun f’periku waqt it-tqala. Dawn l-emendi tal-gvern ġabu kontroversja kbira għaliex kienu immudellati fuq dawn li ddaħħlu fl-Ingilterra fl-1967 fejn minkejja li l-abort ħalla reat kriminali, kien sar possibbli li omm tagħmel abort anki jekk ikollha każi jew ċirkostanzi ta’ saħħa.
F’dawn l-emendi l-gvern kien sab l-appoġġ tal-għaqdiet favur l-abort iżda sab l-oppożizzjoni tal-PN u tal-għaqdiet kollha favur il-ħajja u kontra l-abort. Il-gvern sab ukoll oppożizzjoni qawwija mill-President ta’ Malta George Vella li ddikjara li ma kienx lest li jiffirma l-liġi jekk il-gvern ma jibiddilhiex u jagħmilha ċara li f’Malta mhux se jdaħħal l-abort.
Minkejja din is-sitwazzjoni l-gvern baqa’ għaddej bil-pożizzjoni tiegħu favur l-abort tant li l-abozz oriġinali kien approvat anki fl-istadju tat-tieni qari fejn id-deputati Labruista kollha vvutaw favur l-introduzzjoni tal-abort. Wara t-tieni qari, l-gvern kien diġà ddikjara li se jressaq l-emendi tiegħu fl-istadju ta’ kumitat qabel din kienet tmur għand il-Preident ta’ Malta.
Il-pressjoni li kellu l-gvern wasslet biex fl-aħħar ġimgħa d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne għamel konferenza tal-aħbarijiet fejn ħabbar li l-gvern kien se jagħmel bidla fl-emendi tieħu dr l-abort u issa kien se jaċċetta li t-terminazzjoni tat-tqala tista’ issir biss jekk l-omm tkun f’riskju serju għal ħaiitha.
Dan il-prinċipju kien l-aktar wieħed li kien dibattitu u kontestat u miegħu l-gvern ma kienx qed jaqbel. Flimkien ma’ da, il-gvern daħħal ukoll numru ta’ regoli oħra li kienu milqugħha b’mod pożittiv minn dawk li huma fvaur il-ħajja u kontra l-abort. Min-naħa l-oħra l-gvern issa kien kritikat bil-qawwi mill-għaqdiet favur l-abort li sostnew li l-gvern ma kinx żamm kelmtu magħhom għall-introduzzjoni tal-abort.
Din il-ġimgħa l-Kumitat Parlamentari għall-Kunsiderazzjoni tal-Abbozzi approva unanimament l-emendi ġodd ai ressaq il-gvern li huma l-oppost ta’ dak li kien ippropona l-istess gvern Laburista fl-ewwel abbozz tiegħu. L-Abozz issa jmur għand il-President ta’ Malta biex jiffirmah u jidħol fis-seħħ.
Wara din il-bidla, il-Prim Ministru Robert Abela ddikjara li d-dibattitu dwar l-abort se jkompli u ma eskludiex li fil-futur il-gvern Laburista jerġa’ jagħmel tentattiv li jdaħħal l-abort.
//= $special ?>