Tnieda uffiċjalment il-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu ; avveniment li ilu jsir snin twal b’risq il-Community Chest Fund, li iżda fi kliem il-President George Vela, se tkun l-aħħar edizzjoni ta’ dan il-Ballu waqt il-Presidenza tiegħu. Dan sabiex jevita kull spekulazzjoni li possibbilment jista’ jibqa’ għal terminu ieħor fil-Presidenza.
Dan l-avveniment gie imniedi waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Palazz Verdala miċ-Chairman tal-Kumitat Organizzattiv tal-Ballu, Daniel De Petri Testaferrata, illi fisser din l-attività bħala tradizzjoni li ilha ssir għal tul ta’ snin, u saħansitra nżammet anke matul is-sentejn tal-pandemija.
Daniel De Petri Testaferrata saħaq li l-Ballu jgħaqqad is-sens ta’ kultura, mad-divertiment u l-filantropija.
Il-President ta’ Malta George Vella rringrazzja lill-Markeżin de Petri Testaferrata u lill-bqija tal-membri tal-kumitat organizzattiv, flimkien mal-isponsors, li minn sena għall-oħra jagħtu l-appoġġ tagħhom.
Filwaqt li awgura li l-Ballu jkun ta’ suċċess, George Vella esprima x-xewqa li fuq kollox ikun hemm attendenza sodisfaċenti li permezz tagħha tingħata għajnuna lil dawk kollha li jiġu fil-bżonn tal-Malta Community Chest Fund.
Filfatt, l-għan ewlieni ta’ dan il-ballu hu li jttejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ dawk l-individwi li jkunu għaddejjin minn żminijiet diffiċli; kemm jekk ikkawżat mill-marda tal-kanċer kif ukoll minn mard ieħor serju.
//= $special ?>