Jien ma rridx li ibni jkun miet għalxejn….U huwa għalhekk li se nibqa’ naħdem biex toħroġ il-verita kollha u ssir ġustizzja.
Kien dan il-messaġġ li waslet Isabelle Bonnici, omm Jean Paul Sofia, iż-żagħżugħ ta’ għoxrin sena li tilef ħajtu f’Diċembru li għadda f’sit ta’ kostruzzjoni f’Kordin.
Waqt azzjoni li saret quddiem id-Depot, twaħħal banner bil-kliem ‘Lil min qed tipproteġu?”. Dan sabiex ifakkar lill-Kummissarju Angelo Gafa u lill-Gvern ta’ Robert Abela li għadha ma saritx ġustizzja ma’ Jean Paul.
Isabelle saħqet li filwaqt li l-ħatja għadhom barra, hi flimkien mal-qraba u l-ħbieb ta’ Jean Paul – li tant kienu jħobbuh – jinsabu maqfula f’ħabs għal għomorhom.
Filwaqt li rringrazzjat lil dawk kollha li qed jagħtuha sapport f’din il-mixja li qed tagħmel, Isabelle Bonnici ħabbret li se tniedi kampanja ġbir ta’ fondi biex hi flimkien ma’ qraba u ħbieb ta’ Jean Paul jibqgħu jinsitu għal Inkjesta Pubblika sabiex toħroġ il-verità kollha u ssir ġustizzja sħiħa.
Permezz ta’ din il-kampanja se jkomplu jaħdmu biex kull inkjesta li ssir wara li sseħħ mewta fuq il-post tax-xogħol, tkun ippubblikata ħalli ħadd ma jgħaddi minn li għaddejjin il-qraba ta’ Jean Paul Sofia.
Kull min jixtieq jagħti donazzjoni jista’ jidħol f’din il-link:
https://gogetfunding.com/justiceforjeanpaulsofia/