Sport Waterpolo

San Ġiljan u Sirens jibqgħu b’punti massimi minn Grupp A

(Ritratt: Joseph Galea)

Stewart Said

SAN ĠILJAN JP PROJECTS… 22

EXILES WELBEE’S………………. 9

(4-2), (4-4), (6-1), (8-2)

San Ġiljan: J. Tanti, N. Bugelli (1), K. Calleja, B. Plumpton (2), M. Jokovic (2), M. Zammit (5), J. Bonavia (2), A. Younger (6), J. Abela (2), N. Zammit (1), D. Zammit, R. Caruana (1), G. Borg, G. Bonavia, N. Bonavia

Exiles: M. Castillo, Z. Cutajar Licari, V. Gallo (3), G. Molina (1), S. Xerri de Caro, M. Fenech (1), K. Griscti, N. Paris, M. Martellacci (1), M. Aquilina (2), N. Saliba (1), F. Buhagiar,

Referees: Richard Magri, Matteo Giacchini

Iċ-champions San Ġiljan JP Projects komplew bit-triq tar-rebħ u poġġew lil Exiles f’sitwazzjoni diffiċli biex ikomplu l-istaġun fil-Kampjonat Premier hekk kif issa ma għadux jiddependi minnhom.

San Ġiljan bdew b’saħħithom u fetħu distakk ta’ erba’ gowls sal-ewwel nofs tal-ewwel sessjoni. Exiles irnexxielhom jirkupraw u sa żewġ minuti mit-tmiem tat-tieni sessjoni, naqqsu d-distakk għal 6-5 għalkemm temmew is-sessjoni 8-6 minn taħt.

It-tim ta’ Zeljko Kovacic għamel ċert mir-rebħa fit-tielet sessjoni b’sitt gowls mingħajr risposta. Minkejja li aċċertaw mir-rebħa, San Ġiljan baqgħu letali quddiem il-lasta b’doppjetti għal Matthew Zammit u Aaron Younger fost il-gowls tal-aħħar sessjoni.

MARSAXLOKK BROWN’S… 11

SIRENS……………………………….. 18

(4-3), (1-4), (3-6), (3-5)

Marsaxlokk: M. Farrugia, C. Cutajar, A. Cook, M. Farrugia, N. Moskov (5), J. Valletta, M. Zammit (1), M. Aquilina, R. Galea (1), S. Misic (4), E. Bonnici, L. Mallia, M. Brimmer, G. Gatt

Sirens: T. Micallef, P. Serracino, K. Erdogan, P. Figlioli (2), J. Zerafa Gregory (1), G. Farrugia (2), M. Chircop (2), G. Melillo (2), M. Cutajar, M. Pasztor (7), M. Sciberras, M. Azzopardi, M. Bonello Dupuis, J. Cachia, G. Sammut (2)

Referees: Alex de Raffaele, Riccardo D’Antoni

Ir-raba’ logħba u r-raba’ rebħa. Sirens għelbu l-isfida ta’ Marsaxlokk Brown’s, f’logħba li r-riżultat finali jista’ jagħti stampa ftit differenti tal-andament tal-logħba. Minkejja t-telfa, Marsaxlokk xorta jinsabu f’pożizzjoni tajba li jagħmluha fil-Kampjonat Premier.

Ix-Xlukkajri kellhom il-vantaġġ sa tmiem l-ewwel sessjoni u kienu 5-5 għal ħafna mit-tieni sessjoni. Kien Matyas Pasztor li minuta mit-tmiem tas-sessjoni skorja darbtejn.

Marsaxlokk baqgħu qrib sakemm Sirens skorjaw tliet gowls f’nofs it-tielet sessjoni u bnew vantaġġ ta’ 11-6. It-tim ta’ Niki Lanzon baqa’ jipprova u sal-ewwel kwart tal-aħħar sessjoni naqqsu d-distakk għal 13-10. Iżda malli Sirens reġgħu skorjaw, għalqu l-logħba u kellhom iċ-ċans ikabbru l-vantaġġ.

VALLETTA IZIBET……….. 15

OTTERS NIVEA……………. 11

(4-3), (7-3), (3-2), (1-3)

Valletta: B. Busuttil, J. Spiteri Staines, D. Rizzo (1), J. Cassar, S. Busuttil (1), A. Vlahovic (2), D. Paolella  (1), I. Nagaev (8), S. Micallef, A. Agius, K. Borg (2), K. Cremona, A. Theuma, M. Demarco, J. Chircop

Otters: M. Xerri, M. Bonnici, K. Scicluna (2), D. Dimech, M. Meli (1), M. Jelaca (2), I. Azzopardi, S. Dimech (1), J. Saric (4), M. Farrugia, A. Dimech, G. Gatt Ellis, K. Micallef, A. Bianchi (1)Referees: Neville Mercieca, Matteo Giacchini

Valletta Izibet għamlu dak mistenni minnhom u għelbu lil Otters Nivea. B’dan ir-riżultat huma laħqu lil Birżebbuġa fil-klassifika ta’ Grupp B u se jkun l-aħħar konfront bejniethom fil-5 ta’ Lulju li jiddeċiedi min se jilgħab fil-Kampjonat Premier.

Kienu Otters li marru fil-vantaġġ permezz ta’ Marko Jelaca iżda ftit ftit Valletta bdew jieħdu l-kontroll tal-logħba u marru minn fuq, għalkemm Otters baqgħu qrib sal-ewwel sessjoni u nofs.

Mal-mument li Valletta fetħu vantaġġ ta’ 11-5, Otters qatt ma dehru li setgħu jirkupraw minkejja li baqgħu jsibu x-xibka qalb il-gowl tal-avversarji. Sa nofs l-aħħar sessjoni, Valletta kienu 15-8 minn fuq, b’Otters jiskorjaw tliet gowls lejn it-tmiem biex evitaw telfa akbar.