Lokali

Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara inċident fil-Marsa

Raġel ta’ 53 sena residenti Raħal Ġdid qed jissielet għal ħajtu wara li kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ waranofsinhar Triq il-Marsa, il-Marsa.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien hemm ħabta bejn Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 23 sena
residenti San Ġiljan u mutur Yamaha misjuq mill-vittma.

Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji u jinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.