Futbol Sport

Stadium mimli għall-partita inawgurali tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa f’Sydney Stadium

Dave Beeche, Kap Eżekuttiv responsabbli mit-Tazza tad-Dinja tan-Nisa, qal li nbiegħu kollha l-biljetti għall-partita tal-ftuħ tal-Awstralja kontra l-Irlanda fl-20 ta’ Lulju li se tintlgħab fis-Sydney’s Stadium l-Awstralja.

B’kollox mistenni li jkun hemm madwar 80,000 partitarju. Beeche qed jistenna wkoll attendenza simili fl-istess jum f’Auckland fejn il-ko-organizzaturi tat-tournament, in-New Zealand jiftħu l-impenji tagħhom kontra n-Norveġja.

B’inqas minn 25 jum għal-bidu tal-kompetizzjoni hemm interess qawwi fi New Zealand fejn f’Eden Park, mistennija jkun hemm ftit inqas minn 40,000 spettatur. Beeche qal li s’issa nbiegħu 270,000 biljett fi New Zealand u 830,000 fl-Awstralja. Dawk ic-cifri mhux ugwali jirriflettu d-daqsijiet tal-popolazzjoni tal-Awstralja, fejn jgħixu 26 miljun persuna, u fi New Zealand jgħixu ħames miljuni persuna.

Il-kelliem għall-FIFA, kkonferma li madwar 1.1 miljun biljett inbiegħu għall-64 partita fl-Awstralja u New Zealand, madankollu l-Kap tal-futbol tan-nisa tal-FIFA Sarai Bareman esprimiet tħassib dwar il-bejgħ baxx ta’ biljetti tat-Tazza tad-Dinja għal certi partiti fi New Zealand l-aktar għaliex l-istess New Zealand għandhom serje ta’ 10 logħbiet mingħajr rebħa, u l-uniku b’ċans li jifdal biex jiksbu rebħa li ssaħħaħ il-moral għall-fażi finali hija l-partita ta’ ħbiberija kontra l-Vjetnam fl-10 ta’ Lulju.