Sport Sport Ieħor

Table Football: Jurgen Balzan jirbaħ l-International Open ta’ Malta

Jurgen Balzan ta, ST Stembert (Belġju) rebaħ l-International Open organizzat min H’Attard Subbuteo Club, wara li fil finali għeleb l-isfida tar-rebieħ tas-sena l-oħra, George Ebejer ta’ Bormla Subbuteo Club, bl iskor ta 4-2.

Balzan kien konsistenti tul it-tournament kollu u rebaħ dan l l-Open mingħajr telfa.

Fl-istess ġurnata, iż-żagħżugħ Robert Farrugia Randon ta’ H’Attard Subbuteo Club, rebaħ it-tazza tal-konsolazzjoni meta fil-finali għeleb lil Walter Attard li wkoll jilgħab mal-istess tim.