Mill-inqas għaxar persuni nqatlu wara li kien hemm attakk bil-missili fuq ristorant li jinsab fiċ-ċentru ta’ Kramatorsk, lejn il-Lvant tal-Ukrajna.
Fost il-persuni mejta hemm tlett itfal. F’dan l-istess attakk indarbu 61 pesuna fosthom tarbija ta’ tmien xhur. Mhux qed ikun eskluż li n-numru ta’ pesuni mejta u midruba jiżdied hekk kif għad hemm bosta persuni rappurtati nieqsa.
Spikkaw fost l-oħrajn xeni ta’ qsim il-qalb fejn omm dehret kommossa għall-aħħar tfittex lil bintha li proprju kienet taħdem f’dan ir-ristorant.
Dan l-attakk seħħ proprju f’għeluq is-sena mill-attakk li seħħ fuq stabiliment kummerċjali fl-istess zona.. attakk li fih kienu nqatlu 20 persuna.
//= $special ?>