Lokali

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof ta’ Malta matul ix-xahar kollu ta’ Lulju

Matul ix‑xahar ta’ Lulju, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra l‑quddies ta’ matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq diversi pjattaformi, fosthom Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m., mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • Kull nhar ta’ Ħadd fid‑9:30 a.m., tiġi ċċelebrata quddiesa fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

F’dawn il‑ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑knejjes:

Il‑Ħadd 2 ta’ Lulju, fid‑9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill‑kappella tad‑Dar tal‑Providenza, is‑Siġġiewi. Din tixxandar fuq knisja.mt, Newsbook.com.mt u l‑istazzjon tar‑radju 103.  

It‑Tlieta 11 ta’ Lulju, fid‑9:30 a.m., fis‑solennità ta’ San Benedittu, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill‑Knisja ta’ San Pietru fil‑Monasteru tas‑Sorijiet Benedittini, l‑Imdina. Din tixxandar fuq knisja.mt u Newsbook.com.mt.  

L‑Erbgħa 12 ta’ Lulju, fid‑9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta fl‑okkażjoni ta’ Jum il‑Pulizija. Din tixxandar fuq knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑Ħadd 16 ta’ Lulju, fid‑9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa tal‑Ħadd mill‑Knisja ta’ Massimiljanu Kolbe, il‑Qawra. Din tixxandar fuq knisja.mt, Newsbook.com.mt u l‑istazzjon tar‑radju 103. Fis‑6:00 p.m., jiċċelebra quddiesa tal‑festa mis‑Santwarju tal‑Karmnu, il‑Belt Valletta.

Is‑Sibt 22 ta’ Lulju, fis‑7:00 p.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑bidu tal‑ħidma pastorali ta’ Dun Luke Cutajar bħala l‑kappillan il‑ġdid tal‑parroċċa ta’ Marsaskala, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Sant’Anna, Marsaskala.

Il‑Ħadd 23 ta’ Lulju, fid‑9:30 a.m., fil‑festa ta’ San Kalċidonju, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa tal‑Ħadd mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa. Din tixxandar fuq knisja.mt, Newsbook.com.mt u l‑istazzjon tar‑radju 103. Din il‑quddiesa hija miftuħa għall‑pubbliku.