Sport Sport Ieħor

European Games: Riżultat mill-aqwa mit-tiratur Malti Gianluca Chetcuti

Fil-European Games li qed isiru fil-Polonja, liema logħob riesaq lejn it-tmiem tiegħu, Malta llum kienet fl-azzjoni permezz tat-tirattur Gianluca Chetcuti fid-dixxiplina tal-Isparar.

Fl-ewwel ġurnata minn tnejn, iż-żagħżugħ Malti ta’ 25 sena, temm fit-tieni post fil-kompetizzjoni tat-trap u li fiha hemm xejn anqas minn 30 tiratur.

Illum Chetcuti rrnexxilu total ta’ 74 punt. Hu laqat l-istess daqs kemm laqtu erba’ tiratturi oħra mill-Polonja, Portugall, Turkija u l-Kroazja.

Fl-ewwel ġurnata tat-trap, l-aħjar li mar kien it-Taljan, Mauro De Filippis li rnexxilu jtella’ total ta’ 75 punt, punt wieħed biss aktar mit-tiratur Malti Chetcuti fost l-oħrajn.

B’hekk bir-riżultat miksub illum minn Chetcuti, jawgura tajjeb għall-possibiltá li għada Malta tisfida għar-rebħ ta’ midalja f’dawn il-logħob fil-kompetizzjoni tat-trap tal-Isparar, kemm il-darba l-Malti jerġa’ jkollu ġurnata oħra pożittiva bħal dik tal-llum.