Mill-inqas 150 persuna ġew arrestati waqt it-tieni lejl ta’ protesti f’diversi bliet fi Franza. Dawn il-protesti bdew wara li żgħażugħ ta’ sbatax il-sena qala’ tiri fatali minn uffiċjal tal-pulizija.
L-isparatura jidher li seħħet għaliex l-adolexxenti ma obdiex direttiva biex jieqaf bil-karozza — bil-każ jinsab taħt investigazzjoni.
Il-filmati li qed jiċċirkulaw juru lill-pulizija tat-traffiku qed jipponta arma tan-nar lejn ix-xufier ta’ karozza, u wara jinstama’ tir wieħed – bil-vettura tieqaf minnufih sekondi wara.
L-adolexxenti, identifikat bħala Nahel, miet kaġun tal-ġrieħi li ġarrab f’sidru wara l-isparatura. U l-uffiċjal tal-pulizija qed jinżamm taħt arrest, fejn mistenni jiffaċċja akkużi ta’ omiċidju.
Wara dan il-każ inqala’ ukoll inkwiet f’diversi bliet Franċiżi fejn numru ta’ karozzi saħansitra ngħataw in-nar u ġlied mal-uffiċjali tal-pulizija.
Il-vittma hu t-tieni persuna fi Franza din is-sena li nqatel mill-pulizija tat-traffiku. Dan wara li s-sena l-oħra, fi Franza, inqatlu rekord ta’ 13 bl-istess mod.
//= $special ?>