Futbol Sport

Il-goalkeeper ta’ O. Marseille Hugo Sacco fost l-20 imsejħa mal-iskwadra nazzjonali tal-U19

Il-goalkeeper ta’ Olympique de Marseille Hugo Sacco ssejjaħ uffiċjalment għall-ewwel darba mat-tim nazzjonali Malti, wara li kien komplut il-proċess biex jikseb iċ-ċittadinanza Maltija b’dixxindenza.

Dan hekk kif il-kowċ Antonio ‘Toze’ Mendes sejjaħ l-iskwadra finali ta’ 20 plejer li se jikkompetu mal-iskwadra nazzjonali ta’ taħt id-19-il sena waqt il-Kampjonat Ewropew ta’ taħt id-19-il sena tal-UEFA, li se jsir bejn it-3 u s-16 ta’ Lulju.

It-tim nazzjonali Malti jiftaħ l-impenji tiegħu nhar it-Tnejn kontra l-Italja fid-9pm fl-Istadium Nazzjonali.

Il-lista uffiċjali:

Goalkeepers: Luca Camilleri (Mosta FC) u Hugo Sacco (Olympique de Marseille);

Difensuri: Jake Micallef (Boavista Futebol Clube), Jake Vassallo (Mosta FC), Ivin Farrugia (Pietá Hotspurs FC), Tristan Viviani (San Diego State Aztecs football), Mattias Ellul (St.Andrews FC) u Sven Xerri (Hamrun Spartans Football Club);

Midfielders: Bjorn Buhagiar (Hamrun Spartans Football Club), Andy Borg (Gzira United Football Club), Benjamin Hili (Balzan F.C.), Lucas Scicluna (Wolverhampton Wanderers FC), Dylan Scicluna (Wolverhampton Wanderers FC), Lucas Caruana (U.C. Sampdoria), Daniel Letherby (Corpus Christi FC) u Brooklyn Borg (Gzira United Football Club);

Attakkanti: Alfie Bridgman (Portsmouth FC), Basil Tuma (Reading F.C.), Nathan Cross (Birkirkara F.C.) u Sean Gatt (Boavista Futebol Clube).