Wasal iż-żmien għal bidla drastika fil-mod kif naħsbu, kif naġixxu u kif nieħdu d-deċiżjonijiet. Fis-sena li baqa’ sal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew irridu niksbu r-riżultati. U dan nistgħu nagħmluh biss jekk ninbidlu, nirriformaw u nibqgħu magħqudin.
Kien dan il-messaġġ ewlieni tal-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola waqt li kienet qed tindirizza l-mexxejja Ewropej waqt summit fi Brussell.
Dwar l-Ukrajna, hi rreferiet għal dak li ġara fi tmiem il-ġimgħa, u qalet li Putin iddgħajjef.
“Madankollu, dak li nistgħu nkunu ċerti dwaru huwa li l-Ukrajna għandha tibqa l-ewwel prijorità tagħna. Il-politika tagħna qed taħdem. Putin huwa iktar dgħajjef, u l-Ukrajna qed tiġġieled lura b’mod effiċjenti.”
Hi appellat ukoll biex il-baġit tal-Unjoni Ewropea jkun revedut u jirrifletti r-realtajiet tal-lum.
“Jekk irridu nżidu l-appoġġ tagħna għall-Ukrajna, irridu ngħinu lill-kumpaniji tagħna jadattaw għat-tranżizzjonijiet doppji u jkunu kompetittivi, jekk aħna rridu nħaffu l-impatt ekonomiku u soċjali fuq il-poplu, u nagħmlu pass il-quddiem dwar il-migrazzjoni, u jeħtieġ li nadattaw il-baġit tal-Unjoni Ewropea fit-tul biex nirriflettu r-realtà attwali tagħna.”
Dwar l-immigazzjoni, l-MEP tal-Partit Nazzjonalista qalet li hemm bżonn ta’ deċiżjonijiet urġenti.
“Irridu nsibu pass’il quddiem li hija ġusta u umana ma’ dawk li għandhom bżonn protezzjoni, li hija ġusta u soda ma’ dawk li mhumiex eliġibbli u, bl-aħħar traġedji f’moħħna, partikolarment b’saħħithom it-traffikanti li għandhom fil-mira tagħhom l-aktar nies vulnerabbli fuq il-pjaneta tagħna.”
Metsola appellat ukoll biex l-Unjoni Ewropea taġġorna l-mod kif taġixxi ma’ pajjiżi terzi, bħall-Indja u l-Amerika Latina.
//= $special ?>