Internazzjonali

Jinstabu fdalijiet ta’ persuni qalb it-tifrik tat-Titan

Fl-aħħar sigħat bdew jittellgħu l-fdalijiet tas-sottomarin, Titan minn qigħ il-baħar, fejn instabu wkoll fdalijiet ta’ persuni, maħsuba li huma tal-ħames vittmi li kienu fih meta seħħet l-implużjoni.

Il-persuni kollha abbord mietu fit-18 ta’ Ġunju daqs 90 minuta wara li s-sottomarin beda nieżel lejn il-vapur Titanic fl-Oċean Atlantiku.

Abbord kien hemm biljunarju ta’ 48 sena, Shahzada Dawood li kien xtara passaporti Malti lura fl-2016, ibnu ta’ 19-il sena, biljunarju Ingliż, eks-bugħaddas tan-Navy, u l-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija OceanGate.