Il-ġonna tal-Buskett għal sena oħra daru f’villaġġ sħiħ ta’ festivitajiet fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Pietru u San Pawl, jew inkella, kif magħrufa aħjar, l-festa tradizzjonali tal-Imnarja, li għaliha attendew ħafna nies li kellhom iċ-ċans iduqu ikel tradizzjonali Malti u jaraw in-numru kbir ta’ annimali.
Il-fotografu ta’ Net News, Joseph Galea żar l-Imnarja fejn ħa xelta ta’ ritratti.






