Internazzjonali

Madonna tħassar it-tour li kellha hekk kif tinsab fi sptar b’kundizzjoni ta’ saħħa kritika

Il-kantanta ta’ fama internazzjonali, Madonna kellha tħassar it-tour li kellha pjanat madwar id-dinja hekk kif iddaħlet fi sptar issofri minn infezzjoni serja.

Il-manager tagħha qal li saħansitra spiċċat jiem sħaħ fis-sezzjoni tal-Kura Intensiva fl-isptar iżda mistennija li tirkupra kompletament.

Madonna għandha 64 sena u kienet mistennija li tnedi tour ta’ 84 jum ix-xahar li ġej biex tiċċelebra l-40 anniversarju minn mindu ħarġet il-mużika ‘Holiday’.