Jidher li riesqa lejn tmiemha l-avventura tal-goalkeeper ta’ 32 sena ta’ Manchester United David de Gea, hekk kif ma ntlaħaq l-ebda ftehim biex ikun estendit il-kuntratt tiegħu li jiskadi llum.
Il-goalkeeper internazzjonali Spanjol, ilu mar-Red Devils sa mill-istaġun 2011/12 meta kien ingħaqad mingħand Atletico Madrid, li tiegħu huwa prodott.
Fi 12-il staġun ma’ Manchester United, de Gea rebaħ il-Premier League fl-istaġun 2012/13, l-Europa League fl-2016/17, darbtejn il-League Cup fl-2015/16 u l-istaġun li għadda, l-FA Cup fl-istaġun 2015/16 u tliet darbiet il-Community Shield fl-2011/12, 2013/14 u fl-2016/17.
Il-favorit biex jieħu post De Gea bejn il-lasti ta’ Manchester United huwa l-goalkeeper ta’ Inter Andre Onana, bin-negozjati bejn iż-żewġ klabbs diġa bdew, bit-talba ta’ Inter hi ta’ mhux anqas minn £50miljun.
//= $special ?>