Id-dgħajsa Amerikana, 11th Hour rebħet The Ocean Race wara li l-ġurija ta’ din it-tellieqa tat kumpens ta’ erba’ punti għal ħabta li dan it-tim kellu ma’ kompetitur tiegħu fl-aħħar leg ta’ din it-tellieqa.
Din it-tellieqa elite kienet miftuħa għal jottijiet monohull u oriġinarjament ntemmet bil-Ġermaniżi, Team Malizia jirbħu s-seba’ tappa finali.
Madankollu l-jott 11th Hour, taħt it-tmexxija tal-Amerikan Charlie Enright spiċċa biex tela’ fl-ewwel post tal-klassifika ġenerali wara li kien mogħti bonus ta’ erba’ punti u b’hekk temmew l-ewwel b’37 punt, bl-ekwipaġġ Żvizzeru Holcim-PRB ikklassifikaw fit-tieni post b’34 punt u Malizia it-tielet b’32 punt.
//= $special ?>