Vilhelm Junnila irriżenja minn Ministru tal-Ekonomija minħabba rimarki li hu kien għamel erba’ snin ilu waqt avveniment politiku għall-estremisti tal-lemin Finlandiżi.
Junnila, membru tal-Partit tal-Finlandiżi populista, kien ilu għaxart ijiem biss fil-kariga u deċieda li jwarrab minħabba akkużi li hu, ftit tas-snin ilu, kien għamel referenzi ripetuti dwar simboli u numri relatati man-Nażisti. Dan ukoll meta sar magħruf li Junnila, fl-2019, għadda r-rimarki kontroversjali waqt li kien qed jindirizza avveniment tal-Alleanza Nazzjonali (estremista) fil-belt ta’ Turku.
Filwaqt li Vilhelm Junnila irnexxielu jegħleb vot ta’ sfiduċja fil-Parlament hu xorta deċieda li jirriżenja minn Ministru fid-dawl taċ-ċirkustanzi.
Hu qal li qed iwarrab mill-kariga ‘biex ma jtappanx ir-reputazzjoni tal-Gvern u tal-Finlandja’ filwaqt li saħaq li ‘kienet impossibbli għalih biex ikompli jaqdi dmiru ( bħala Ministru) b’mod sodisfaċenti.
//= $special ?>