Futbol Sport

Il-kowċ ta’ PSG Christophe Galtier arrestat f’Nizza fuq allegazzjonijiet ta’ diskriminazzjoni u razziżmu

(Ritratt: EPA)

Il-kowċ ta’ PSG Christophe Galtier kien arrestat fuq allegazzjonijiet ta’ diskriminazzjoni u razziżmu fiż-żmien li kien imexxi lil Nice.

Galtier, ta’ 56 sena kien akkużat li għadda kummenti razzisti meta qal li fit-tim hemm ħafna plejers suwed u Musulmani.

Minbarra l-investigazzjoni li nfetħet mill-prosekuzzjoni f’Nizza, PSG ukoll fetħu investigazzjoni interna f’April li għadda dwar il każ.

Skond rapport fil-midja Franċiża, Galtier kien arrestat flimken ma’ ibnu Valovic.

Minn naħa tiegħu il-kowċ taċ-champions Franċiżi, li qed ikun irrapurtat li l-avventura tiegħu f’Pariġi tinsab fi tmiemha, ċaħad kategorikament l-akkużi miġjuba kontrih filwaqt li qal li se jfittex legalment lil min qed ‘jaqla’ dawn il-qlajjiet’.

Galtier kien wieħed mill-favoriti li jieħu post Luciano Spalletti fuq il-bankina ta’ Napoli, iżda ċ-champions Taljani għażlu lill-eks kowċ ta’ Roma fost oħrajn, Rudi Garcia.