Il-komunità artistika ta’ pajjiżna tinsab ixxukjata bl-aħbar tal-mewt tal-kitarrist tal-band Brikkuni u mużiċist Andrew Schembri. Huwa kellu 29 sena.
Il-familja tiegħu stqarret li tinsab ixxukjata ferm bil-mewt ta’ Andrew, li kien l-iżgħar minn fost l-aħwa. Huwa kien deskriet bħala persuna maħbub minn kulħadd… intelliġenti, b’passjoni kbira f’dak kollu li jagħmel u bniedem kreattiv.
Andrew Schembri tilef ħajtu l-Ħamis filgħaxija f’inċident f’San Pawl il-Baħar.
Huwa ngħaqad mal-band Brikkuni lura fl-2018.
Bosta artisti wkoll esprimew id-dieqa tagħhom għall-mewt ta’ dan il-mużiċist, fejn iddeskrivewh bħala bniedem kapaċi f’kull ħaġa li jagħmel imma b’qalb kbira, dejjem jitbissem u dejjem lest li jgħin.
//= $special ?>