Lokali

Is-Soċjetà Filarmonika Sliema b’innu Marjan ġdid

Fl-okkażjoni taċ-Ċentinarju mit-twaqqif tas-Soċjetà Filarmonika Sliema, il-kumitat tas-Soċjetà inawgurat Innu Devot u Marjan ġdid, fis-Santwarju tal-Parroċċa fis-26 ta’ Ġunju.

Dan l-innu, ddedikat lis-Sultana tal-Qalb Mqaddsa ta’ Ġesu’, sar b’turija ta’ ringrazzjament u devozzjoni lejn il-Paturna ta’ tas-Sliema – il-Madonna ta-Sacro Cuor.

L-innu Marjan, huwa kompożizzjoni tas-surmast direttur tas-soċjetà, Maestro Lesley Tabone fejn l-versi huma miktuba minn Joseph Cuschieri. Għal din l-okkażjoni ġiet mistiedna is-sopran Rosabelle Bianchi flimkien mal-Banda Sliema fejn essegwixxew għall-ewwel darba l-innu.

Fl-istess okkażjoni l-partituri mużikali u vokali għall-verżjoni tal-Banda ġew uffiċċjalment ppreżentati lill-President tas-Soċjetà, Jesmond Vella.

Ritratti: Soċjetà Filarmonika Sliema