Futbol Sport

Liverpool mistennija jakkwistaw lil Dominik Szoboszlai, Chelsea jiksbu lil Nicolas Jackson

(Ritratt: EPA)

Liverpool mistennija jakkwistaw lil midfielder Ungeriż ta’ RB Leipzig Dominik Szoboszlai wara li attivaw il-klawsola ta’ £60m. Matul l-istaġun li għadda, Szoboszlai għen lil Leipzig jirbħu t-Tazza Ġermaniża għat-tieni staġun konsekuttiv.

Intant, Chelsea akkwistaw lill-attakkant Nicolas Jackson li akkwistawh mingħand Villarreal. Jackson ffirma kuntratt ta’ tmien snin ma’ Chelsea fejn l-istaġun li għadda skorja 13-il gowl fi 38 partita.

Chelsea komplew ukoll ineħħu aktar players hekk kif tard illejla tħabbar li l-captain u difensur tal-klabb Cezar Azpilicueta se jkun qed jissieħeb ma’ Athletico Madrid wara li ntlaħaq ftehim biex jinħall mill-kuntratt tiegħu minn ma’ Chelsea.