Mas-700 persuna ġew arrestati hekk kif komplew il-protesti fl-ibliet Franċiżi wara li żgħażugħ ta’ sbatax il-sena qala’ tir fatali minn uffiċjal tal-pulizija.
F’Pariġi, dawk li niżlu għall-protesti daħlu jkissru fil-ħwienet u jisirqu minnhom filwaqt li l-karozzi bdew jitqabbdu n-nar. Mal-40,000 pulizija ġew stazzjonati madwar Franza fejn qed isiru l-protesti biex jipprovaw iżommu l-kontroll tal-protesti.
Il-vittma hu t-tieni persuna fi Franza din is-sena li nqatel mill-Pulizija tat-traffiku. Dan wara li s-sena l-oħra, fi Franza, inqatlu rekord ta’ 13 bl-istess mod.
//= $special ?>