Futbol Sport

Parti mill-iskwadra tal-U19 iżżur iċ-Ċentru ta’ Ditenzjoni f’ Ħal Safi

Ftit jiem biss qabel il-bidu tal-Kampjonati Ewropej ta’ taħt id-19-il sena li se jkunu qed isiru f’pajjiżna, it-tim nazzjonali Malti mmexxi mill-kowċ Toze Mendes u li se jkun wieħed mit-tmien pajjiżi finalisti f’din il-kompetizzjoni, wetqu ġest ta’ solidarjetà u involviment komunitarju li jippremja liż-żgħażagħ Maltin.

Numru ta’ plejers li se jkunu qed jiffurmaw parti mill-iskwadra magħżlula għal dan it-tournament ta’ lussu, flimkien mal-kowċ Mendes u l-kowċ tal-gowlkipers, Andrew Hogg, riċentament għamlu żjara fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Ħal Safi.

Iż-żjara serviet bħala opportunità unika għaż-żgħażagħ Maltin biex jipparteċipaw f’sessjoni ta’ taħriġ organizzata mill-Malta FA bħala parti mill-proġett Ballun. Din iż-żjara żiedet id-dimensjoni imprezzabbli għat-tħejjija tat-tim għat-tournament li ġej, li se jsir f’pajjiżna minn nhar it-Tnejn, 3 ta’ Lulju sas-16 ta’ Lulju li ġej.

Din iż-żjara kellha l-għan li trawwem sens ta’ għaqda u tipprovdi lill-individwi detenuti b’opportunità unika biex jinteraġixxu ma’ atleti żgħażagħ b’talent. M’hemmx dubju li permezz ta’ din l-inizjattiva, wieħed setgħa japprezza aħhar kif il-futbol hu tassew sport li għandu l-kapaċitá li jġib in-nies flimkien, huma min huma, u jaqbeż il-konfini filwaqt li joħloq sens ta’ familja.