Il-każ tar-raġel li kien instab ħati li żamm f’daru 44 kelb f’kundizzjoni ħażina, se jkun qed jerġa’ jinstema’ mill-ġdid fil-Qorti wara talba li saret minnu stess.
Fl-2021, l-Assoċjazzjoni tal-Annimali Abbandunati kienet ħadet f’idejha l-klieb kollha ta’ Antonio Vella u eventwalment instab ħati u kien ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin, weħel multa ta’ €20,000 u li ma jistax irabbi klieb għal 25 sena.
Uħud mill-klieb li kienu nstabu kienu qed isofru minn diversi kundizzjonijiet, b’kelba minnhom kienet bla għajnejn, u oħra kienet instabet bix-xedaq miksur, snien imħassrin u għajn mifqugħa.
Is-smigħ tal-każ se jsir hekk kif il-Qorti tal-Appell innotat li mhux ċar ta’ xiex il-Qorti kienet sabitu ħati u b’hekk hemm bżonn li tingħata sentenza mill-ġdid.
Aqra iktar dwar dan il-każ hawnhekk: