Anthony Delia u Derome Agius se jkunu qed iduru l-kosta ta’ Malta bil-kayak f’distanza ta’ 72 kilometru bl-għan li jinġabru fondi b’risq bini ta’ skola fl-Etjopja organizzata minn SiGMA Foundation.
Anthony Delia beda dan il-passatemp fiż-żmien il-pandemija iżda Derome Agius beda dan l-isport f’Marzu li għadda meta t-tnejn bdew jitħarrġu għal din l-isfida.
Huma qed jittamaw li jiġbru €5,000 għal bini ta’ skola li tkun toffri tgħallim fl-IT, it-tisjir, hairdressing, ħjata u rakkmu.
Mill-bidu tagħhom f’Marzu li għadda s’issa, it-taħriġ ta’ Delia u Agius intensifika mhux ħażin fejn mill-ftit kilometri li kienu bdew bihom fil-bidu, issa laħqu distanza ta’ 40 kilometru ta’ qdif li għamluhom f’9 siegħat.
Il-pjan hu li din l-isfida ssir f’waħda mill-ġranet ta’ bejn it-8 u l-15 ta’ Luju, jiddependi mill-kundizzjonijiet tat-temp, fejn se jkunu qed jitilqu minn fejn Splash and Fun fis-7:30am bit-tir li jaslu lura fl-istess post fis-1am tal-għada.
Dan iċ-ċentru edukattiv se jkun qed jinbena f’Bonga għal irġiel u nisa ta’ bejn l-20 u l-45 sena, bil-għan li n-nisa jintegraw aktar fis-soċjetà, jinħolqu opportunitajiet ta’ xogħol u jonqos il-faqar f’dik il-parti tal-pajjiż.
Waqt din l-isfida, iż-żewġ qaddiefa se jkunu assistiti minn tim mediku ta’ Alpha Medical.
Fil-bidu ta’ din is-sena SiGMA Foundation bniet skola fl-Etjopja li qed tilqa’ mal-1,000 student u li ssemiet għal memorja ta’ Rebecca Zammit Lupi, Jonathan Chetcuti u Karl Pace li kollha ħallew din id-dinja fl-aħħar snin.
Dawk kollha li jixtiequ jagħtu donazzjoni jistgħu jagħmlu dan permezz dan din il-link – https://gogetfunding.com/paddling-for-etopia/ jew billi jċemplu fuq 79520171
//= $special ?>