Nico Sciberras rebaħ it-Trap Competition 50+50 organizzata mill-MSSF fil-Malta National Shooting ranges f’ Ta’ Kandja, s-Siġġiewi.
Din kienet it-tieni rebħa konsekuttiva għal Sciberras wara li ftit tal-ġimgħat ilu kien rebaħ il-Grand Prix 2023.
Brian Galea u Gianluca Chetcuti spiċċaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament.
Dan l-avveniment kien jikkonsisti minn 50 plattina bl-ewwel 12-il tiratur jikkwalifikaw għas-semi-finali fejn jisparaw fuq 50 plattina oħra.
Wara 100 plattina, 6 tiraturi kwalifikaw għal finali li mbagħad kellhom jisparaw fuq 25 plattina b’tir wieħed.
L-iskor tal-ewwel 12-il tiratur wara 50 plattina kien hekk:
CHETCUTI Gianluca 48/50
SCIBERRAS Nico 48/50
VELLA Christopher 47/50
GALEA Brian 47/50
GRECH Michael 46/50
DEGUARA Rennie 46/50
COLEIRO Clifton 44/50
CIAPPARA Anglu 44/50
BUGEJA Ryan 43/50
FARRUGIA Christian 42/50
GALEA James Jr. 42/50
BONNICI Leetov 42/50
L-iskor tal-ewwel 12-il tiratur wara 100 plattina kien hekk:
SCIBERRAS Nico 96/100
CHETCUTI Gianluca 95/100
GALEA Brian 94/100
CIAPPARA Anglu 90/100
DEGUARA Rennie 88/100
VELLA Christopher 88/100
BUGEJA Ryan 87/100
GRECH Michael 87/100
GALEA James Jr. 83/100
FARRUGIA Christian 81/100
COLEIRO Clifton 77/100
BONNICI Leetov 76/100
L-iskor tas-6 tiraturi fil-finali kien hekk:
SCIBERRAS Nico 23/25
GALEA Brian 22/25 +4 Shoot-off
CHETCUTI Gianluca 22/25 +3 Shoot-off
VELLA Christopher 19/25
CIAPPARA Anglu 17/25
DEGUARA Rennie 17/25
L-iskor ta’ Klassi A wara 50 plattina kien hekk:
CHETCUTI Gianluca 48/50 – Countback Rule
SCIBERRAS Nico 48/50
VELLA Christopher 47/50
L-iskor ta’ Klassi B wara 50 plattina kien hekk:
COLEIRO Clifton 44/50 – Countback Rule
CIAPPARA Anglu 44/50
ATTARD Nazzareno 43/50
L-iskor ta’ Klassi C wara 50 plattina kien hekk:
BONNICI Leetov 42/50
GRECH George 34/50
GRIMA Yana 30/50 – ISSF Rule 9.16.4.4 Absent Athlete (-3 plattini)
Il-kompetizzjoni Trap li jmiss hija l-John Grech Trophy li se tkun qed issir fid-9 ta’ Lulju fis-Southern Shooting Club f’Ħal Far.