Lokali

St Michael Hospice huwa l-ewwel kumpless f’Malta li se jipprovdi kura paljattiva komprensiva

‘Bl-imħabba tiegħek naslu’ hija t-tema ta’ maratona ġbir ta’ fondi li se tkun organizzata fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla minn Hospice Malta… maratona li permezz tagħha se jinġabru fondi biex jitlesta l-proġett ta’ St Michael Hospice f’Santa Venera.   

Għal iktar minn tletin sena, Hospice Malta ilha toffri għajnuna paljattiva lill-pazjenti li jkunu għaddejjin mill-marda tal-kanċer u mard ieħor.

Issa Hospica Malta se tkun qed tiftaħ ċentru ġdid f’Santa Venera li se jkun l-ewwel kumpless f’Malta li se jipprovdi kura paljattiva komprensiva lil pazjenti fost l-oħrajn b’kundizzjoniiet newroloġiċi u mard serju tal-qalb, fejn se jkun mdawrin bil-qraba tagħhom.

Din il-binja se toffri total ta’ 16-il kamra imsejħa ‘inpatients unit’ fejn il-pazjenti se jkunu qed jingħataw din il-kura. Apparti din il-unit, se jklun hemm ukoll klinika tal-outpatients u Day Therapy Unit fejn se jkunu offurtu servizzi lill-pazjenti bil-kanċer, mard tal-qalb u kliew. i u kundizzjonijier newroloġiċi fost l-oħrajn

Il-Ġimgħa filgħodu, l-Arċisqof Charles Scicluna għamel żjara f’dan il-kumpless fejn seta’ jara x-xogħol li qed isir f’din il-binja. F’kummenti li ta lil Net News, l-Arċisqof tenna l-importanza li l-soċjetà Maltija jkollha dat-tip ta’ binjiet sabiex tingħata iktar għajnuna lil dawn il-pazjenti.

Tkellimna mal-Kap Eżekuttiv ta’ Hospice Malta Kenneth Delia fejn tana iktar dettalji dwar f’liema stadju wasal dan il-proġett. Ladarba tkun lesta din il-binja, il-pazjenti se jingħataw servizz mill-aqwa sabiex finalment ikunu jistgħu jgħixu ħajja iktar komda.

Ma naqasx li l-Kap Eżekuttiv iwassal l-appell tiegħu lill-pubbliku in ġenerali biex ikun ġeneruż u jagħti d-donazzjoni tiegħu fil-Maratona ġbir ta’ fondi li se ssir il-Ħadd 9 ta’ Lulju.