Il-Kummissarju tal-Istandards għandu quddiemu talba biex tiġi investigata l-imġieba tal-iSpeaker Anglu Farrugia. Dan wara l-vot tieghu fil-Kumitat Parlamentari dwar l-iStandards, fejn Anglu Farrugia qed jiġi akkużat illi naqas minn dmiru li jħares l-interessi tal-poplu u minflok għazel li jħares l-interessi ta’ 18-il membru parlamentari li kisru r-regoli dwar reklamar.
It-talba għal investigazzjoni saret mill-Professur Arnold Cassola.
Hu stqarr illi b’dan l-aġir, l-ispeaker mhux biss għatta l-ixtur ta’ parlamentari li ma ġabux ruħhom b’mod etiku, imma immina, waqqa’ għaż-żufjett u rredikola x-xogħol siewi u onest tal-Kummissarju ghall-iStandards.