Ella Portelli ġiet inkurunata bħala Miss Universe Malta 2023 hekk kif il-bieraħ saret it-tmien serata konsekuttiva.
Issa, Ella mistennija li tirrapreżenta lil pajjiżna fit-72 edizzjoni ta’ Miss Universe f’El Salvador f’kompetizzjoni ma’ 95 pajjiż differenti. Dan wara li Ella ntgħażlet minn fost 25 kontestant li kienu qed jirrapreżentaw lokalitajiet differenti f’pajjiżna.
Fit-tieni post ġiet Julia Cluett li kienet qed tirrapreżenta lill-Furjana filwaqt li Ntombi Malinga ġiet fit-tielet post f’isem San Ġwann.
Fl-ewwel post ġiet Ella Portelli għandha 25 sena minn San Ġiljan gradwata bħala interior designer u taħdem fl-iGaming.
