Lokali

Ferut gravi wara li ntlaqat minn karozza fis-Swieqi

Raġel ta’ 35 sena weġġa’ gravi wara li lbieraħ intlaqat minn karozza fis-Swieqi.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11pm fi Triq is-Sidra.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel intlaqat minn Hyundai Matrix, li kienet qed tinstaq
minn raġel ta’ 47 sena residenti San Ġwann.

Ir-raġel li ntlaqat ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat
li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.