L-attakkant internazzjonali Maltija Haley Bugeja hi plejer ġdida ta’ Inter, fis-Serie A tal-Italja, bl-aħbar tkun konfermata minn Orlando Pride.
Il-klabb Amerikan ħabbar li aċċetta t-talba għat-trasferiment tagħha, kif ukoll li l-klabb Taljan ħallas somma flus għal dan it-trasferiment, iżda din iċ-ċifra ma tħabbritx b’mod pubbliku.
Fi stqarrija, il-General Manager ta’ Orlando Pride Haley Carter iddikjarat li “Haley uriet maturità u professjonaliżmu ferm ikbar milli wieħed jistenna minn tfajla tal-eta’ tagħha.”
Qalet ukoll li t-tmexxija tal-klabb tagħraf il-valur li Haley kienet parti mill-familja, iżda l-klabb ħass li kellu d-dmir li jgħinha tidentifika opportunità ġdida fejn tilgħab b’mod iktar regolari u tkompli tiżviluppa.
Minn naħa tagħha, Bugeja rringrazzjat lil Orlando Pride u ddikjarat li matul din l-esperjenza kibret kemm bħala persuna kif ukoll bħala plejer.
L-aħbar li Haley Bugeja kienet qrib trasferiment ma’ Inter kienet żvelata l-ewwel mill-paġna ta’ Facebook ta’ Replay fis-26 ta’ Ġunju, meta kienet għadha mistura anke fil-midja internazzjonali.
//= $special ?>