Is-sitwazzjoni allarmanti fi Franza wasslet ukoll biex il-President Franċiż Emmanuel Macron iħassar iż-żjara statali li kellha tibda għada (il-Ħadd) fil-Ġermanja.
Din kellha tkun l-ewwel żjara statali minn President ta’ Franza fil-Ġermanja għal 23 sena u meta kien ippjanat programm mimli b’attivitajiet għal Macron sa nhar it-Tlieta.
Il-Presidenza tal-Ġermanja ħabbret li Macron, fl-aħħar sigħat, tkellem bit-telefon mal-President Ġermaniż Frank-Walter Steinmeier biex jaġġornah dwar l-aħħar żviluppi fl-ibliet Franċiżi.
Dan waqt li Macron ‘talab għall-posponiment taż-żjara Statali fil-Ġermanja’ minħabba ċ-ċirkustanzi fi Franza li jeħtieġu jkunu kontrollati mill-aktar fis.
Il-President Steinmeier, sadanittant, bagħat stqarrija fejn esprima dispjaċir għall-posponiment u fejn qal li jifhem kompletament is-sitwazzjoni attwali fi Franza.
Ma tħabbret l-ebda data ġdida għaż-żjara Statali għalkemm jistgħu jingħataw xi dettalji fil-jiem li jmiss u ladarba s-sitwazzjoni fi Franza taqleb għan-normal.
//= $special ?>