Futbol Sport

It-trasferiment ta’ Hakim Ziyech ma’ Al Nassr mhux se jseħħ

(Ritratt: EPA)

Fl-aħħar sigħat, diversi siti madwar l-Ewropa rrapurtaw li t-trasferiment ta’ Hakim Ziyech minn ma’ Chelsea għal ma’ Al Nassr fl-Arabja Sawdija mhux se jseħħ.

Fl-aħħar jiem, iż-żewġ klabbs rispettivi laħqu qbil biex iseħħ it-trasferiment tal-winger internazzjonali mill-Marokk, iżda t-testijiet mediċi li Ziyech għamel din il-ġimgħa qabel ma kellu jiffirma ma’ Al Nassr, waslu għal intopp.

Jingħad li dawn it-testijiet indikaw li l-plejer ta’ 30 sena għandu problema fl-irkoppa b’konsegwenza li t-trasferiment mhux se jseħħ.