F’tellieqa Obstacle Course ta’ aktar minn 50 kilometru fil-muntanji diffiċli ta’ Morzine fi Franza, il-Malti Ryan Farrugia kiseb riżultat impekkabli għalih u għal pajjiżna, meta f’ħin ta’ 7:10:44 spiċċa fit-tielet post fil-kategorija Elite.
Din it-tellieqa, li hi meqjusa fost l-aktar diffiċli minn tat-tip tagħha, tirrikjedi xhur ta’ taħriġ intensiv kemm fiżiku kif ukoll dak mentali.
F’post fuq il-media soċjali, Farrugia qal li dan huwa riżultat ta’ snin ta’ xogħol u li qiegħed dejjem jistinka biex itejjeb ir-riżultati kif ukoll jidħol għal sfidi akbar.

