Lokali

Salvata fekruna mill-baħar hekk kif qed issofri minn xi ġrieħi kawża ta’ ganċ

Nature Trust Malta salvat fekruna tal-ilma baħar wara li nstabet li qed issofri minn xi ġrieħi kawża ta’ ganċ u debris ieħor li nstab.

Il-fekruna li ssemmiet Eva se tibqa’ taħt il-kura ta’ Nature Trust sakemm tkun lesta li tmur lura fid-dinja tagħha.

L-għaqda qed tappella biex wieħed ma jarmix l-affarijiet barra hekk kif qed jagħmlu ħafna ħsara.

Kull donazzjoni għall-kura tal-annimal salvati tkun apprezzat, b’wieħed jista’ jgħin permezz ta’ bank transfer jew Revolut fuq Wildlife IBAN MT18 VALL 2201 3000 0000 4002 353 8289.