Dahlet fit-tieni jum tagħha l-maratona tal-volleyball li qed issir b’risq id-Dar tal-Providenza hekk kif fis-6pm tal-Gimgħa bdiet l-isfida ta’ 53 siegħa logħob bla waqfien.
Matul it-13-il edizzjoni ta’ din il-maratona, illi tibqa’ sejra sal-Ħadd f’nofsillejl, minbarra l-40 plejer protagonisti…qed jagħtu sehemhom ukoll madwar 200 voluntier.
Net News tkellem mad-direttur tekniku Stefan Decelis fejn spjega li l-preparamenti għal din il-maratona jieħdu diversi xhur.
Huwa qal li apparti l-element sportiv, il-maratona toffri wkoll spettaklu għall-familja kollha.
Net News tkellem ukoll ma’ Marvin Micallef wieħed mit-tmien coaches li qegħdin jagħtu sehemhom għal din il-maratona fejn qalilna li inizzjalment madwar 70 atleta applikaw għal din il-maratona .. iżda wara li saru diversi sezzjonijiet ta’ training – b’kollox intgħażlu 40 atleta u issa maqsuma f’ħames timijiet.
Tkellimna wkoll mal-parteċipanti fejn insistew li appellaw lill-pubbliku sabiex jgħin billi jagħti d-donazzjonijiet tiegħu .. ħalli d-Dar tal-Providenza tibqa’ toffri l-aqwa servizz lil persuni b’abbiltajiet varji u persuni li huma tassew fil-bżonn.
//= $special ?>