Lokali

Tliet persuni bi ġrieħi gravi wara inċident f’Ħ’Attard

5 persuni kellhom jittieħdu b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku f’Ħ’Attard.

Il-każ seħħ fil-ħin tal-1600 tas-Sibt waranofsinhar fi Triq Ħal Warda meta għal xi raġuni sewwieq ta’ 46 sena minn Birżebbuġa tilef il-kontroll tal-vettura tat-tip Peugeot 508 bil-konsegwenza li ħabat ma’ siġra.

Abbord il-vettura kien hemm 4 passiġġieri, ilkoll mill-Istati Uniti; żewġt irġiel ta’ 77 u 69 sena kif ukoll żewġ nisa ta’ 76 u 68 sena.

Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-persuni kollha l-isptar għal aktar kura fejn aktar tard kemm is-sewwieq kif ukoll il-mara ta’ 76 sena ġew iċċertifikati li ġarbu ġrieħi ħfief filwaqt li t-3 persuni l-oħrajn ġew iċċertifikati li sofrew minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.