Lokali

Attivitajiet għall-pubbliku b’rabta mal-Ġimgħa tal-Pulizija

Minn għada t-Tnejn jingħata bidu għall-programm ta’ attivitajiet għallpubbliku, fl-okkażżjoni tal-209 Anniversarju mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.

Il-pubbliku huwa mistieden sabiex f’atmosferma rilassanti jiltaqa’ mill-qrib mal-membri talKorp tal-Puzlija u fl-istess ħin isegwi wirjiet mill-Banda tal-Korp tal-Pulizija, mit-Taqsima talKlieb u anke mit-Taqsima tal-Kavallerija.

L-ewwel attività ta’ għada, ser tittella’ fi Triq Żonqor, Wied il-Għajn, u tibda fis-sebgħa u nofs
ta’ filgħaxija.

L-attivitajiet bħala parti mill-Ġimgħa tal-Pulizija 2023, ikomplu fil-ġranet ta’ wara u jibdew ukoll fis-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija, kif ġej :

It-Tlieta, 4 ta’ Lulju – Pjazza San Pawl, l-Imdina,
L-Erbgħa 5 ta’ Lulju – Triq it-Torri, Tas-Sliema,
Il-Ħamis 6 ta’ Lulju – fil-Pjazza ta’ Buġibba,
Il-Ġimgħa 14 ta’ Lulju – Il-Menqa ta’ Marsalforn, Għawdex.

Il-pubbliku huma mħeġġa sabiex jattendi dawn l-attivitajiet.