Lokali

F’lejl wieħed biss jinqabdu 3 vetturi bil-Y plates joperaw mingħajr tag f’zona waħda ta’ San Ġiljan

F’lejl wieħed biss nqabdu 3 vetturi bil-Y plates joperaw mingħajr tag, fost 95 vettura spezzjonata fl-inħawi ta’ Pender Gardens, f’San Ġiljan.

Din l-ispezzjoni ġiet imwettqa minn tim ta’ Transport Malta li organizzaw roadside inspection is-Sibt filgħaxija fejn matulha nqabdet vettura wkoll li kellha problemi bis-sistema tad-dawl. Dan filwaqt li vettura oħra kienet involuta f’venda li mhux awtorizzata.

Saru spezzjonijiet ukoll fuq l-e-scooters, fejn inħarġu numru ta’ kontravenzjonijiet għal diversi vjolazzjonijiet fosthom; ipparkjar illegali, kif ukoll sewqan mingħajr liċenzja valida.